Tuesday, 26 August 2008

Il-Bilanc

Dan l-ahhar spiss qed inkun affaccata b'sitwazzjonijiet tal-blieh...sitwazzjonijiet li geghluni naqsam maghkom l-hsibijiet li qed johonquni. Dan l-ahhar hlief naqra u nisma dwar kemm hu importanti l-Bilanc fil-hajja m'hinix...
Hafna nies huma ossesjonati dwar din il-kelma...il-bilanc fl-ikel, il-bilanc tal-bank, il-bilanc tat-tfal u kull bilanc possibli. L-unika nkwiet dwar il-bilanc li ghandi jien bhalissa huwa dak tal-ajruport meta mmur lura d-dar wara tlett xhur hawnhekk u jimmarkali li ghandi ferm iktar minn 20 kilo! Intant filwaqt li nahseb fuq dan ninduna kemm il-bilanc huwa aspett fil-hajja fejn diment li jibda johloq il-problemi, ma jieqaf qatt....per ezempju ezatt kif il-bilanc tal-bagalji jghidli li qbizt il-limitu, il-bilanc tal-bank sa jibda jitlef il-piz, u l-bilanc ta' lsieni jibda jitpahpah...u generalment dan ikun il-mument fejn il-Maltija li jien tohrog ghal-apert u tibda tipprova tiehu r-ragun ghax wara tlett xhur barra mpossibli jkollha l-istess piz bhal ma jkollhom dawk li jmorru gimgha sqallija...ghax xi haga lil ommi, lil missieri, l-ohti u lin-nanna kelli nnizzel bilfors u din REDIKOLA li ha ggeghlni nhallas ghal dawn l-10 kilos zejda li ghandi...u hemmhekk propju f'dak il-mument li nkun qed inhossni li qed inmiss il-gungliena ta' qalb li jkollhom l-iskantati u l-indanati ta' l-airport... jkun hemm xi gharef li jghidli 'binti titbaqbaqx kelma nieqsa ahjar minn kelma zejda, m'hemmx x'taghmel dahhal sebghak f'ghajnek u hallashom...tghid giet hekk hux!'...hasla silg mal-lega ta' wiccek ghal wicc il-bilanc!

Monday, 18 August 2008

'Iimmela le...biex toqghod tghid biha dik il-broxk!'

Ergajt intfajt hawnhekk nahseb fuq hafna bcejjec f'daqqa...ghalfejn iddecidejt nibda nahli iktar hin hekk? ghalfejn f'daqqa wahda kull hsieb li jkolli qed niggustifikah billi nghid 'ara din idea tajba ghal-blog' bhallikieku issa anka hsibijieti jridu jkunu ghal-ghajn in-nies...u din jien ma togoghbnix!
Spiss inqabbel l-affarijiet flimkien sempliciment biex jaghmlu sens ghalija, ghax nemmen li l-bniedem huwa l-iktar krejatura semplici u kumplessa li qatt inhalqet...ghalhekk bhal hafna ohrajn, nipprova nfittex it-twegibiet u s-sens tal-konfuzzjoni f'teoriji li ghalija jaghmlu sens, u li jibbastaw biex inkompli nhares 'l quddiem!
Illum nixtieq naghrbel iktar l-importanza li certu nies jaghtu biex jintoghgbu ma haddiehor...certu nies li jistghu jew jidhru patetici jew kolti, jew kultant ukoll eroj ghax jiehdu l-iktar triq facli u jghixu hajja denja, ghax fil-qafas ta' l-ossessjoni li jkollhom biex jintghogbu, jkunu jafu jaghzlu bejn attegament tajjeb u hazin...
B'dal hsieb m'ghadx ghadni naf jekk nammirrax lil dix-xehta ta' nies jew le...sa ftit zmien ilu kont nghid li dan-nies ma jafux jghixu hajjithom, huma bhal-mirja, hekk jien ghamilt hekk, int ha taghmel bhali, u l-prevedibilita taghhom kienet tqazzizni, izda issa li iktar qed nithallat ma nies differenti qed ninduna kemm hi konvenjenti ghal hafna nies li jintoghgbu, apparti l-fatt li meta taghmel minn kollox biex bil-Malti nghidu ahna 'tilghaq' l-dak li jkun, il-beneficcji jkunu bosta...
Nintilef meta nara l'xi hadd li johloq l-affarijiet mix-xejn, jitfiddel bihom ghal-ftit imbaghad dlonk jintefa jahseb fuq il-kreazzjoni li jmiss...togoghbni l-attitudni li 'kuntent jien, kuntent kulhadd' ghax la jien hdimt ghal-kuntentizza l-ebda santu sagru m'ghandu dritt jehodili...imma hekk inkun qed nihder egoista...ghax kif jgidu l-inglizi 'alright me fuck you jack' ma timxix! jergaw jibdew il-kantalieni mzejna b'sarkazmu aciduz li 't-tfal tal-llum m'ghadx ghandhom biza t'Alla' u l-kumplament...
Il-punt tieghi huwa dan...ghalkemm inhossni skomda nghid x'inhu l-ahjar, jien nemmen li fil-kumplessita tal-hajja m'hemmx ahjar jew aghar...u l-anqas tista tghid li jiddependi minn dak li jkun, ghax dak li jkun jista jkun qed jaghmel bhali jew aghar minni...jekk nghid ma jinteressanix minn dak li jahsbu n-nies, inkun filfatt qed nikkontradixxi lili nnifsi, ghax filwaqt li nkun qed nghid hekk inkun qed nirribella kontra l-korjografija mbazzwra li biha jghixu n-nies...hekk minn naha l-ohra, naqbel ma kulhadd u nkun pinnur, nkun bla sinsla u l-litanija t'aggettivi mzewqa....
Li naf hu li l-hajja qasira wisq biex nehluha naghmlu bhal haddiehor, nintogghbu ma dak u ma l-iehor, nhossuna kbar ghax hemm fidil illamtat jaghmel bhalna, jew inferjuri ghax ta' magenbi dejjem pass il-quddiem iktar minni...
Nixtieq niltaqa ma min hawlilna f'rasna li l-hajja maghggla u li l-hin ma jistenna l-hadd, halli nehodlu b'idu u nirringrazzjah talli b'sentenza semplici bhal dik irnexxielu jaghwrilna s-sens t'apprezzament li seta qatt ikollna fil-hajja u flok nghixu geghlna nezistu...

Wednesday, 13 August 2008

Merhba

Fettilli nibda blog ghas-semplici raguni li spiss nahseb f'affarijiet li jew joffendu jew ihawwdu lin-nies meta nithajjar nispjegahom...Ghaldaqstant, peress li jien dahhalta f'mohhi li ghad jasal il-jum fejn it-teoriji tieghi li gew mlaqqma bazwin, xi darba ma jibqghux jaqaw fuq widnejn torox, sa nibda nharbex kull hsieb li jkolli f'mohhi u li meta jiverbalizza ruhu jkun jisthoqlu ftit iktar rispett minn risposta bhal 'x'iz-zugarelli qed tghid?'

Nistendinkom thallu l-kummenti taghkom b'kull tip ta' kritika U/JEW :) apprezzament, filwaqt li ninfurmakom li l-ebda trolley mhu sa jintrebah ghal min ihalli l-ewwel kumment, naprezza hafna it-trazzin ta' lingwagg li certu hsibijiet minn tieghi jistghu iqanqlu, kif ukoll rispett lejn hsibjiet ohra...
Grazzi

laf
pe x