Monday, 18 August 2008

'Iimmela le...biex toqghod tghid biha dik il-broxk!'

Ergajt intfajt hawnhekk nahseb fuq hafna bcejjec f'daqqa...ghalfejn iddecidejt nibda nahli iktar hin hekk? ghalfejn f'daqqa wahda kull hsieb li jkolli qed niggustifikah billi nghid 'ara din idea tajba ghal-blog' bhallikieku issa anka hsibijieti jridu jkunu ghal-ghajn in-nies...u din jien ma togoghbnix!
Spiss inqabbel l-affarijiet flimkien sempliciment biex jaghmlu sens ghalija, ghax nemmen li l-bniedem huwa l-iktar krejatura semplici u kumplessa li qatt inhalqet...ghalhekk bhal hafna ohrajn, nipprova nfittex it-twegibiet u s-sens tal-konfuzzjoni f'teoriji li ghalija jaghmlu sens, u li jibbastaw biex inkompli nhares 'l quddiem!
Illum nixtieq naghrbel iktar l-importanza li certu nies jaghtu biex jintoghgbu ma haddiehor...certu nies li jistghu jew jidhru patetici jew kolti, jew kultant ukoll eroj ghax jiehdu l-iktar triq facli u jghixu hajja denja, ghax fil-qafas ta' l-ossessjoni li jkollhom biex jintghogbu, jkunu jafu jaghzlu bejn attegament tajjeb u hazin...
B'dal hsieb m'ghadx ghadni naf jekk nammirrax lil dix-xehta ta' nies jew le...sa ftit zmien ilu kont nghid li dan-nies ma jafux jghixu hajjithom, huma bhal-mirja, hekk jien ghamilt hekk, int ha taghmel bhali, u l-prevedibilita taghhom kienet tqazzizni, izda issa li iktar qed nithallat ma nies differenti qed ninduna kemm hi konvenjenti ghal hafna nies li jintoghgbu, apparti l-fatt li meta taghmel minn kollox biex bil-Malti nghidu ahna 'tilghaq' l-dak li jkun, il-beneficcji jkunu bosta...
Nintilef meta nara l'xi hadd li johloq l-affarijiet mix-xejn, jitfiddel bihom ghal-ftit imbaghad dlonk jintefa jahseb fuq il-kreazzjoni li jmiss...togoghbni l-attitudni li 'kuntent jien, kuntent kulhadd' ghax la jien hdimt ghal-kuntentizza l-ebda santu sagru m'ghandu dritt jehodili...imma hekk inkun qed nihder egoista...ghax kif jgidu l-inglizi 'alright me fuck you jack' ma timxix! jergaw jibdew il-kantalieni mzejna b'sarkazmu aciduz li 't-tfal tal-llum m'ghadx ghandhom biza t'Alla' u l-kumplament...
Il-punt tieghi huwa dan...ghalkemm inhossni skomda nghid x'inhu l-ahjar, jien nemmen li fil-kumplessita tal-hajja m'hemmx ahjar jew aghar...u l-anqas tista tghid li jiddependi minn dak li jkun, ghax dak li jkun jista jkun qed jaghmel bhali jew aghar minni...jekk nghid ma jinteressanix minn dak li jahsbu n-nies, inkun filfatt qed nikkontradixxi lili nnifsi, ghax filwaqt li nkun qed nghid hekk inkun qed nirribella kontra l-korjografija mbazzwra li biha jghixu n-nies...hekk minn naha l-ohra, naqbel ma kulhadd u nkun pinnur, nkun bla sinsla u l-litanija t'aggettivi mzewqa....
Li naf hu li l-hajja qasira wisq biex nehluha naghmlu bhal haddiehor, nintogghbu ma dak u ma l-iehor, nhossuna kbar ghax hemm fidil illamtat jaghmel bhalna, jew inferjuri ghax ta' magenbi dejjem pass il-quddiem iktar minni...
Nixtieq niltaqa ma min hawlilna f'rasna li l-hajja maghggla u li l-hin ma jistenna l-hadd, halli nehodlu b'idu u nirringrazzjah talli b'sentenza semplici bhal dik irnexxielu jaghwrilna s-sens t'apprezzament li seta qatt ikollna fil-hajja u flok nghixu geghlna nezistu...

5 comments:

Karl said...

x'filosofiji imsawwrin bi kliem tqil u bi kliem xih .... werrictli il-pajpijiet ta mohhi naqra!

Anonymous said...

mmmm.... mm... mmm.....


tassew.

Dejjem Tijek,
Gilormu

Anonymous said...

Ghaziza Pirl,

Wara li tlift xi 5 xariet waqt li bdejt niprova nifem il punt li ridt twassal; indunajt li m'hemmx tama… Imma inhoss ghafsa ta qalb meta naqra bloggz bhal dawn, ax ninduna li hemm nies li jifmu x'qed jigri madwarom, u bhali, qataw qalbhom

Grazzi talli tajtni taghma f'hajti,

Djm tiek,

Dr. Sant

nomadu said...

Kemm għandek raġun! Mija għandek raġun.

Salvu

Anonymous said...

Il bica hi li jekk tamel bhal haddiehor bix tintgob xorta tkun qed tiggieled glieda minn gewwa ax taf kemm qed tkun falza mieghi innifsek. u mbad hemm min ma jaghtix kaz u jibqa hu nnifsu imma jkollu jbati habba n nuqqas ta tolleranza tan nies li ma jistawx ghaliha li xi hadd ma jaqbilx mahom. il punt hu ezatt li ghedt int- ahna semplici imma kumplessi fl sitess hin... il bniedem kuntradizzjoni shiha. Ninholqu u nibdew nghixu u nippruvaw niskopru al xiex gejna fid dinja.. imma minghajr l intelligenza ta alla nistaw naslu bix nifmu farka.. u nibqaw mitlufin u frustrati. jin minn dejjem nahseb li r risposta qeda go fina.. fis sens li hadd ma jafna daqskemm nafu lilna nfusna x'inhobbu verament, x'nixtiequ namlu b'hajjitna etc... l isfida hi li noqodu attenti ghat tibdil li jsir fina fil gosti fil hsibijiet u l maturita bix ma naqawz fl istess problemi u domandi imma naraw kif inbdilna . jin personalment rajt tibdila kbira fija u naf issa min jin u x'irrid... ovvjament immur tajjeb l iktar man nies li jixbhuni l itkar ax dak ifisser li jin b'xi mod 'normali' imma hemm nies ohra li jahsbuha bhali.. izda fl istess hin naprezza hafna nies differenti minni li jgeluni nahseb iktar jew jaslu fejn jin ma nistax nasal.. ezempju car hija artista favorita teighi li tpingi ezatt l istil li jogb lili imma jin qas bica cirku ma anf inpingi. mux kollox naqbel magha imma f'hafna punti iva. irridu naprezzaw li fi ftit jew hafna punti naqblu man nies.. u allahres naqblu f'kollox ax inkella neqirdu bil monotnija! kuntradizzjoni ohra! il punt hu t tolleranza u li taccetta lil dak li jkun .. u tifrah bil ideat u perspettivi godda li int qas biss hsibt fihom.. hekk tkun fhimt bicc ohra minn did dinja tant kbira u kull ma fiha :D