Dan l-ahhar spiss qed inkun affaccata b'sitwazzjonijiet tal-blieh...sitwazzjonijiet li geghluni naqsam maghkom l-hsibijiet li qed johonquni. Dan l-ahhar hlief naqra u nisma dwar kemm hu importanti l-Bilanc fil-hajja m'hinix...
Hafna nies huma ossesjonati dwar din il-kelma...il-bilanc fl-ikel, il-bilanc tal-bank, il-bilanc tat-tfal u kull bilanc possibli. L-unika nkwiet dwar il-bilanc li ghandi jien bhalissa huwa dak tal-ajruport meta mmur lura d-dar wara tlett xhur hawnhekk u jimmarkali li ghandi ferm iktar minn 20 kilo! Intant filwaqt li nahseb fuq dan ninduna kemm il-bilanc huwa aspett fil-hajja fejn diment li jibda johloq il-problemi, ma jieqaf qatt....per ezempju ezatt kif il-bilanc tal-bagalji jghidli li qbizt il-limitu, il-bilanc tal-bank sa jibda jitlef il-piz, u l-bilanc ta' lsieni jibda jitpahpah...u generalment dan ikun il-mument fejn il-Maltija li jien tohrog ghal-apert u tibda tipprova tiehu r-ragun ghax wara tlett xhur barra mpossibli jkollha l-istess piz bhal ma jkollhom dawk li jmorru gimgha sqallija...ghax xi haga lil ommi, lil missieri, l-ohti u lin-nanna kelli nnizzel bilfors u din REDIKOLA li ha ggeghlni nhallas ghal dawn l-10 kilos zejda li ghandi...u hemmhekk propju f'dak il-mument li nkun qed inhossni li qed inmiss il-gungliena ta' qalb li jkollhom l-iskantati u l-indanati ta' l-airport... jkun hemm xi gharef li jghidli 'binti titbaqbaqx kelma nieqsa ahjar minn kelma zejda, m'hemmx x'taghmel dahhal sebghak f'ghajnek u hallashom...tghid giet hekk hux!'...hasla silg mal-lega ta' wiccek ghal wicc il-bilanc!
