Tuesday, 26 August 2008

Il-Bilanc

Dan l-ahhar spiss qed inkun affaccata b'sitwazzjonijiet tal-blieh...sitwazzjonijiet li geghluni naqsam maghkom l-hsibijiet li qed johonquni. Dan l-ahhar hlief naqra u nisma dwar kemm hu importanti l-Bilanc fil-hajja m'hinix...
Hafna nies huma ossesjonati dwar din il-kelma...il-bilanc fl-ikel, il-bilanc tal-bank, il-bilanc tat-tfal u kull bilanc possibli. L-unika nkwiet dwar il-bilanc li ghandi jien bhalissa huwa dak tal-ajruport meta mmur lura d-dar wara tlett xhur hawnhekk u jimmarkali li ghandi ferm iktar minn 20 kilo! Intant filwaqt li nahseb fuq dan ninduna kemm il-bilanc huwa aspett fil-hajja fejn diment li jibda johloq il-problemi, ma jieqaf qatt....per ezempju ezatt kif il-bilanc tal-bagalji jghidli li qbizt il-limitu, il-bilanc tal-bank sa jibda jitlef il-piz, u l-bilanc ta' lsieni jibda jitpahpah...u generalment dan ikun il-mument fejn il-Maltija li jien tohrog ghal-apert u tibda tipprova tiehu r-ragun ghax wara tlett xhur barra mpossibli jkollha l-istess piz bhal ma jkollhom dawk li jmorru gimgha sqallija...ghax xi haga lil ommi, lil missieri, l-ohti u lin-nanna kelli nnizzel bilfors u din REDIKOLA li ha ggeghlni nhallas ghal dawn l-10 kilos zejda li ghandi...u hemmhekk propju f'dak il-mument li nkun qed inhossni li qed inmiss il-gungliena ta' qalb li jkollhom l-iskantati u l-indanati ta' l-airport... jkun hemm xi gharef li jghidli 'binti titbaqbaqx kelma nieqsa ahjar minn kelma zejda, m'hemmx x'taghmel dahhal sebghak f'ghajnek u hallashom...tghid giet hekk hux!'...hasla silg mal-lega ta' wiccek ghal wicc il-bilanc!

1 comment:

Anonymous said...

Aziza Pirl,

Nifmek mijja fil mijja, as semplici raguni li grat din il bicca, li ggalek titkellem b'Malti pur, lili stess...

Mhux facli, jekk ma nazzardax nghid, impossibli, li ma taqbisx l imberkin ghoxrin kilo.

Meta tkun sa tirritorna al familja enormi li anna Malta, impossibli tinzel b'idek f'idek...

Jien sa niprova ndeffisa fil meeting li jmiss, ghax hija sitwazzjoni tahraq.

Nifmek u niggieled alik,

J. Muscat